banner
DAĦLA
Merħba fis-sit uffiċjali tal-Konfraternita tal-B.V.M tal-Karmelu taż-Żurrieq.







L-Aħħar Bidliet saru 23-07-2016


facebook


email
WEBMASTER




Għin lill-
fratellanza


ixtri l-
MEMORABILIA

 mem2015


tal-fratellanza



livestreaming
Dan is-Sit jidher l-aħjar fuq
microsoft edge
jew Google Chrome

Website Hit Counters


Lejn is-sena 2017facebook

Messaġġ għall-Festa 2016 mir-Rettur tal-Fratellanza                                       

retturGħad-dsatax-il sena konsekuttiva, qed nerġa’ nistieden lilkom devoti tal-Madonna tal-Karmnu biex tieħdu sehem bissħiħ fil-festi li ħejjejna ġewwa l-knisja. Bħala Rettur u bħala Fratellanza, huwa d-dmir tagħna li naraw li d-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Karmnu tkompli tikber u titkattar.Kif ħafna minnkom jafu, sentejn oħra ser niċċelebraw il-175 sena tal-miġja tal-vara artistika u devota tal-Madonna tal-Karmnu fostna ż-Żrieraq. Għal dan l-għan, il-Fratellanza qed tħejji numru t’attivitajiet u funzjonijiet reliġjużi. Minn hawn qed nistieden lil dawk kollha li għandhom xi ideat dwar x’jista’ jsir biex niċċelebraw dan l-anniversarju, biex jiktbu l-ideat tagħhom u jgħadduhom lill-kumitat tal-Fratellanza sa mhux aktar tard minn Jannar tal-2016.

Bħalissa għaddejjin bi preparamenti kbar għall-festa tas-sena d-dieħla fejn ser inkunu qed infakkru l-175 sena tal-miġja tal-vara artistika u tant devota tal-Madonna tal-Karmnu. Iċ-ċelebrazzjonijiet ser jibdew proprju fi tmiem il-purċissjoni ta’ din is-sena. Wara li l-vara tidħol fil-knisja, ser tinxtegħel il-fjamma tal-anniversarju u jindaqq għall-ewwel darba l-innu tal-okkażjoni, kliem tas-Sur Alfred Camilleri u mużika ta’ Mro Hermann Farrugia Frantz, Maestro di Cappella tal-festa tal-Madonna tal-Karmnu. Wara titkompla ċ-ċelebrazzjoni Ewkaristika. Din is-sena ser inħeġġiġkom aktar mis-soltu biex tattendu għall-quddiesa pontifikali ta’ nhar il-festa fejn iċ-ċelebrant ser ikun l-Eċċellenza Tiegħu l-Arċisqof ta’ Malta, Mons. Charles J Scicluna, li ser ikun hu ukoll li jinseġ il-Paniġierku lill-Madonna. Għalhekk nixtieq li jkun hemm preżenza kbira ta’ nies għal din il-Quddiesa bħala apprezzament lejn l-Arċisqof li kien hu li ffirma d-digriet biex, wara ħafna snin, minn din is-sena d-damask jibda jintrama qabel il-ħruġ tal-vara min-niċċa.

Ix-xogħol fuq it-tużell baqa’ għaddej ukoll. Għal din is-sena, is-Sur John Muscat lesta r-raġġiera u l-Ispirtu s-Santu. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lis-Sur Muscat peress li, għalkemm kellu ċirkostanzi xejn feliċi fil-familja tiegħu, xorta baqa’ għaddej bir-rinnovar tat-tużell. Din is-sena ukoll tlestew is-sett kuruni tal-fjuri kkuluriti li jintramaw flimkien mas-sett kuruni tar-ramm, li jkunu mwaħħlin max-xema’ ffjurita tal-festa ta’ ħdejn ilvara. Minn hawn ukoll nixtieq nirringrazzja lill-benefattur tagħhom.

Kif semmejt iktar ’il quddiem, peress li s-sena d-dieħla qed nippjanaw festi kbar biex infakkru l-175 sena tal-vara fostna, nixtieq inħeġġiġkom biex tkunu iktar ġenerużi fl-għotjiet tagħkom minn snin oħra peress li l-ispejjeż huma kbar. Wieħed jista’ jagħti l-għotja tiegħu meta niġu niġbru bieb, bieb; inkella tistgħu titfgħu l-għotja tagħkom fil-kaxxa ta’ quddiem il-vara fil-ġimagħtejn li tkun fil-knisja jew fil-kaxxa ta’ ħdejn l-artal tal-Madonna tal-Karmnu.  

Nagħlaq dawn il-kelmtejn billi nirringrazzja lill-Arċipriet Fr Karm Mercieca, il-Kleru kollu u l-abbatini, lill-President Dr. J. Darmanin u l-kumitati kollha fi ħdan l-Għaqda Karmelitana u Banda Queen Victoria, lill-ħaddiema tan-nar, il-voluntiera fl-armar, il-Kunsilliera kollha tal-Kunsill Lokali, kif ukoll lill-Pulizija għaż-żamma tal-ordni. Iżda l-ikbar ringrazzjament imur lill-Madonna, Reġina u Ġmiel talKarmelu, li flimkien ma’ Binha Ġesù, dejjem iżżommna qawwijin u sħaħ.

 

Viva l-Madonna tal-Karmnu

Patruna tal-Fratellanza Tagħha

Patruna tal-Karmelitani

- TIBDIL RIĊENTI U IMPORTANTI FIS-SIT -

  • Min Jista' Joffri xi Ritratti (Jew Kopji) Antiki li għandom x'jaqsmu mal- Fratellanza/Statwa/Armar tal-Knisja eċċ., mitlub jikkuntattja lill-Webmaster.
  • Min jixtieq jikkontribwixxi b'xi mod f'dan is-Sit għandu jikkuntatja lill-Fratellanza jew jibgħat email.